Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes

25 Sena Anniversarju 1986 - 2011

Messagg  mill-E.T. Mons Tommaso Caputo  -  Nunzju Apostoliku ghall-Vatikan f'Malta

Messagg  mill-President  tal-Ghaqda  -  Vince Galea

Inharsu 'l quddiem b'Vizjoni

Messagg tal-President Vince Galea fl-okkazjoni tal-25 Anniversarju mit-twaqqif tal-Ghaqda

Iz-zmien itir u llum ninsabu niccelebraw gheluq il-hamsa w ghoxrin Anniversarju mit-twaqqif tal-Ghaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes.  Kemm kien ghaqli l-hsieb ta' Rafel Micallef, Tony Terribile u Pawlu Piscopo meta hamsa w ghoxrin sena ilu ltaqghu u ddecidew li jwaqqfu ghaqda ghal dawk li kellhom ghal qalbhom id-delizzju tal-mudelli tal-knejjes u l-affarijiet konnessi mal-folklor religjuz ta' pajjizna.  Delizzju li fis-snin sebghin u tmenin kien kwazi spicca ghal kollox rega' qabad ir-rankatura 'l fuq u dak li hu tradizzjonalment assocjat mad-drawwiet  ta'  pajjizna rega' sar wiehed mid-delizzji ewlenin f'dawn il-gzejjer.  Ta' dan huma xhieda l-ghadd ta' wirjiet li jsiru, li llum nistghu nghidu li jsiru matul is-sena kollha.  L-Ghaqda taghna kienet katalista biex id-dilettanti johorgu t-tezori taghhom mid-djar u jesponuhom ghall-pubbliku, biex b'hekk jithajru nies ohra u d-delizzju jkompli jinxtered.  Illum b'sodisfazzjon nghid li jsiru wirjiet parrokkjali u hafna ohrajn individwali f'diversi bliet u rhula u dawn jixhdu li d-delizzju taghna huwa wiehed b'sahhtu u mifrux sew. 

Tul dawn il-hamsa w ghoxrin sena ltqajna mas-sabih u habbatna wiccna mad-diffikultajiet.  Sibna hafna nies li nkoraggewna u qawwewlna qalbna  fil-mumenti li l-aktar konna nehtiegu.  L-Ghaqda illum stabbiliet ruhha tajjeb.  Ghandna l-lokal minn fejn  nikkordinaw il-hidma taghna matul is-sena.  Ghandna l-fuljett Il-Knisja Tieghi li bih kull xahrejn nikkomunikaw mal-membri kollha u ghandna wkoll il-pagna fuq l-internet li permezz taghha waqt li nuru lill-ammiraturi l-hidma taghna, nuru wkoll li l-ghaqda hija miftuha ghall-mezzi l-godda tal-komunikazzjoni.  Ta'dan kollu rridu nirringrazzjaw l-ewwelnett 'l Alla li wara kull opra tajba dejjem hemm l-id setghana tieghu kif ukoll lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor gharfu l-hsieb wara l-hidmiet taghna u kkoperaw bis-shih maghna.  Bla ma jisthoqqilna, il-Mulej ghogbu wkoll ibierek l-Ghaqda taghna b'diversi vokazzjonijiet religjuzi u sacerdotali u ghal dan ahna grati hafna lejn Dak li minnu tibda kull opra tajba u fih tintemm.

Min bhali ilu midhla tal-Ghaqda sa mill-infanzja taghha ra l-izviluppi kbar li ghamilna, imma llum f'dan il-gublew tal-fidda ma rridux nistriehu biss fuq dak li ksibna.  L-imghoddi jrid jixprunana biex nibqghu nahdmu ghal li gej.  Is-successi li ksibna ghandhom jisfidawna biex b'hidma sfieqa nkomplu noholqu l-klima idonea biex id-delizzju jkompli jikber u jissahhah fost il-generazzjonijiet il-godda.

Messagg  mill-Ex President  tal-Ghaqda  -  Raphael Micallef

ĠUBLEW TAL-FIDDA           

Iż-żmien jitkejjel skont is-snin milħuq eżempju Ġublew tal-Fidda jfisser għeluq ta’ 25 sena ta’avvenimenti importanti fi istorja partikulari.

Fis-26 ta’ Frar 1986 l-Għaqda tagħna bdiet bħal żerriegħa żgħira f’għalqa tal-Mulej u llum wara 25 sena din iż-żerriegħa saret siġra li tat il-frott mixtieq.

Kif jgħid il-qawl malti  fuq tlieta toqgħod il-borma u hekk sar f’dik is-sena 1986 meta l-Mulej għoġbu jinqeda bi tlett iħbieb dilettanti, Tony Terribile. Pawlu Piscopo u jien Rafel Micallef biex inkomplu dak li bdew missirijietna u li aħna konna msejħin biex  nkomplu nsaħħu, żġur li kull ġid li sar mhux b’mertu tagħna.

F’25 sena l-Għaqda għamlet avvanzi kbar f’diversi aspetti ta’ Kultura Nisranija, u dan għax sabet imsieħba attivi sew fil-kumitat kif wkoll bħala membri ġenerali.  L-għaqda baqgħet tipubblika wkoll il-fuljett tagħha “IL-KNISJA TIEGHI” u sal-lum wasal il-150 ħarġa, bl-ewwel editur ikun wieħed mill-fundaturi P. Piscopo illum f’idejn Joe Bonavia kompla jiżviluppa.

Fl-1997 infetaħ iċ-Ċentru fil-Belt li jilqa’ l-membri f’bosta attivitajiet u laqgħat. Ta’ min isemmi wkoll iż-żjarat kulturali li norganizzaw.  Kien mill-bidu nett li l-għaqda bdiet  torganizza l-Wirja Annwali, attivita li kull membru jistenna u fiha jiġu esebiti bosta xogħolijiet maħduma  mill-istess membri u oġġetti oħra ta’ ċertu valur.

Naturalment minħabba l-ispirazzjoni nisranija tagħha, l-għaqda tagħmel minn kollox biex il-membri jieħdu sehem f’funzjonijiet Liturġiċi u f’ħidma Pastorali. Tant hu hekk li sa mit-twaqqi kien appuntat direttur spiritwali li kien il-mibki  Mons. Carmelo Xuereb, wara li dan għadda għal-ħajja ta’ dejjem l-għaqda għażlet lil Fr. Michael Camilleri O.P.

Wara 25 sena l-ispirtu tad-delizzju tal-Mudelli ta’ Knejjes daħal sew fil-ħajja Maltija u dan nistgħu narawh  fi djar privati, fiċ-ċentri parrokkjali, f’wirjiet pubbliċi speċjalment fil-Gimgħa Mqaddsa u fil-festi titulari.  Naturalment ghall futur irridu nkomplu fuq dak li bdejna tant tajjeb, għax qatt ma tista’ tgħid li għamilt biżżejjed.

Għalhekk huwa l-waqt li niċċelebraw dan il-ġublew tagħna anke f’rabta mal-Knisja f’Malta, l-ewwel nett biex nagħtu unur ’l Alla u anke biex nitħeġġu aktar fil-vokazzjoni tagħna ta’ nsara ġenwini.  

Messagg  mill-Ex President  tal-Ghaqda  -  George Gusman

Hija okkazjoni ta’ ferh bkir ghalina il-membri tal-ghaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes, illi l-ghaqda taghna din is-sena qieghda ticcelebra il-hamsa u ghoxrin sena minn mindu giet imwaqqfa.

Bhala ex-president tal-ghaqda nixtieq ninqeda b’din l-okkazzjoni biex nirringrazzja lil dawk kollha li ma tul dawn is-snin ikkontribwew ghal diversi attivitajiet illli gew organizzati mill-ghaqda bhal ma huma il-wirja ta’ kull sena, li ghal grazzja tal kbir Alla qieghda dejjem tkun ta livel aktar gholi kull sena. Nixtieq ukoll nirringraja partikularment lil qawk kola li tghaw l-ghajnuna taghhom biex jinfetah il-lokal tal ghaqda. U dan nghidu b’sens kbir ta hajr ghaliex il-lokal konna irrestawrajnieh u ftahnieh ghal uzu tal-membri fiz-zmien meta jien kelli ix-xorti li nkun president tal-ghaqda. Nistqarr illi kien wiehed mill-akbar sodisfazjonijiet ta’ hajti meta kellna il- local lest u iccelebrajna flimkien quddiesa f’gieh il-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu fil-lokal ta’ l-ghaqda!

Ma tul dawn is snin kellna wkol il-pjacir illi naraw mhux inqas minn tlett membri taghna ihaddnu is-sacerdozju. Jien nahseb illi ghaqda taghna xi fit jew wisk ghennetbiex tnissel dan il-vokazzjonijiet fil-qlub ta’ dawn iz-zaghzagh. Nixtieq insemmi wkoll illi l-ghaqda taghna ma tul dawn is snin laqghet ukoll mhux biss tfal  u irgiel izda wkoll numru ta’ nisa li jhaddnu id-delizzju taghna.

J’Alla l-attivitajiet tal-ghaqda taghna, specjalment f’din is-sena ta’ gublew jghinu lil-membri u lill-benefatturi tal-ghaqda biex jersqu dejjem aktar lejn il-Mulej. Ghaliex l-ghaqda taghna ma hiex biss ghaqda ta’ dilettanti li jhobbu il-mudelli tal-knejjes u l-art sagra, izda hi ghaqda li l-ewwel u qabel kollox   twassal il-messagg nisrani, iva permezz ukoll ta’ l-art sagra.

Naghlaq dan il messagg tighi billi nitlob lill Mulej izomm dejjem idejH fuq l-ghaqda taghna u fuqna il-membri kif ukoll fuq il-bosta benefatturi taghna u bi pjacir kbir nixtieq ninforma lil-qarreja ta’ dan il-fuljett illi ghal din lokkazzjoni jiena gibt il-barka appostolika tal-Qdusija Tighu il-Papa Benedittu XVI u ic-certifikat ta din il-barka jien ghaddejtu lis-sur Vincent Galea, il-president habriki tal-ghaqda taghna.