Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes

25 Sena Anniversarju 1986 - 2011

Sehem l-Ghaqda fl-attivita Lejl f'Casal Fornaro gewwa Hal Qormi  -  Is-Sibt 17 ta' Settembru 2011

 

Ghal darb'ohra l-Ghaqda taghna regghet giet mistiedna tiehu sehem fl-attivita' nazzjonali Lejl f'Casal Fornaro imtella' gewwa Hal Qormi.  L-attendenza tal-pubbliku Malti kienet wahda kbira u dawk kollha li zaru l-wirja taghna setghu jaraw aktar mill-qrib uhud mix-xoghlijiet li jaghmlu l-membri taghna matul is-sena. 

Ikla  Buffet  ghall-membri  u  l-familjari  -  Il-Hadd  16  t'Ottubru,  2011

Nhar il-Hadd 16 t'Ottubru 2011 giet organizzata ikla ohra ghall-membri u l-familjari gewwa l-Canifor Hotel tal-Qawra.  L-attendenza kienet wahda tajba u dawk kollha prezenti tassew hargu sodisfatti.

Akkademja Muziko-Letterarja f'Gheluq il-25 sena mit-Twaqqif tal-Ghaqda  -  Il-Gimgha 21 ta' Ottubru 2011

 

Nhar il-Gimgha 21 t'Ottubru 2011 inkitbet pagna ohra sabiha fl-istorja tal-Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes fejn giet imtella' Akkademja Muziko-Letterarja biex infakkru l-25 sena mit-twaqqif tal-istess Ghaqda gewwa l-Knisja tal-Monasteru ta' Santa Katarina VM tal-Belt Valletta. 

Hadu sehem il-Kor Sine Macula u l-orkestra taht it-tmexxija ta' Mro Tony Pace.  Gie esegwit programm ta' muzika sagra varjat li nizel tajjeb ferm mal-udjenza prezenti.  Il-Baritonu Alfred Camilleri u solisti ohra interpretaw ukoll bicciet muzikali li komplew zewqu l-programm. 

Mill-aspett letterarju, inqrat poezija ddedikata lil San Guzepp, miktuba mill-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila, waqt li Raphael Micallef ghamel diskors dwar it-twaqqif tal-Ghaqda propju 25 sena ilu.  Lejn tmiem l-Akkademja, il-president Vince Galea ghamel id-diskors tieghu u pprezenta standard irrakmat lill-Ghaqda taghna.  

Is-serata, li giet pprezentata mis-Sur Charles Coleiro, intemmet bid-daqq tal-Innu tal-Ghaqda li nstema' ghall-ewwel darba ghal din l-okkazjoni.
   

 

 

 

 

Messaġġ tal-President Vincent Galea fi tmiem l-Akkademja li fakkret
għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Għaqda

 

Aqdi Sewwa l-Ministeru Tiegħek

Fl-Iskrittura naqraw li lil dawk li Alla sejħilhom għal xi missjoni partikolari iddotahom b’ dak li kienu jeħtieġu biex ikunu jistgħu jaqdu il-missjoni tagħhom. Aħna llum qed infakkru għeluq il-25sena mit-twaqqif tal-Ghaqda tagħna. F’Ġunju ċċelebrajna quddiesa għax rajna li l-ewwel radd ta’ ħajr ridna ntuh lil Alla li minnu tibda kull opra tajba u fih tintemm. Madankollu bħala Ghaqda kulturali ridna wkoll li f’din is-sena ġubilari nagħtu ġieħ lill arti tal-mużika u l-letteratura u għalhekk tellajna din il-lejla. Illum irrid fil-qosor nerġa’ nirringrazzja lil fundaturi tal-Għaqda,Tony Teribile, Rafel Micallef u Pawlu Piscopo għax kieku ma kinux huma illum m’aħniex hawn, dawn kellhom viżjoni mill-aktar ambizzjuża u ma qatgħux qalbhom u għalhekk inħoss li hu dmiri nirringrazzja lill-ewlenin membri li mlew lill-ewwel kumitati tal-Għaqda bil-kuraġġ biex stajna nkomplu mexjin. Meta tħares lura tinduna li lkoll xjaħna ħamsa u għoxrin sena, imma l-għaqda għadha fiż-żgħożija tagħha, anke llum irid ikollna viżjoni, irridu nħarsu ‘l quddiem irridu nesploraw mezzi ġodda biex il-messaġġ tagħna jasal b’mod partikolari fil-ġenerazzjoni żagħżugħa. Ma rridux naqtgħu qalbna, meta tħares lejn il-kumitati li kellha l-għaqda fl-aħħar snin tinduna li mexjin f’ din id-direzzjoni.

 

Filwaqt li nibnu fuq l-esperjenza ta’ dawk li ġew qabilna irridu nħarsu ‘l quddiem għax kif jgħid l-Evanġelju min jitfa’ jdejh fuq il-moħriet u jħares lura mhux tajjeb biex jaħdem fl-għalqa tal-Mulej u propju l-membri għandhom jaraw li permezz tad-delizzju tagħna jkunu qed jaħdmu fl-għalqa tal-Mulej, l-istatwa, il-mudell tal-Knisja, il-kollezzjonijiet sagri kolllha għadhom ikollhom l-iskop li jressquna lejn Alla. Il-Papa Piju Xll kien qal li l-arti sagra m’għandhiex l-iskop biss li tkun arti fiha nfisha imma għandha tkun arti li twassal messaġġ, arti bi skop nobbli u hekk hu d-delizzju tagħna. Aħna qed infakkru għeluq il-25 sena tal-Għaqda imma min jaf kemm għandu annati id-delizzju tagħna, marbut sħiħ mat-tradizzjonijiet u l-kultura reliġjuża ta’ pajjiżna. Ma tistax tifred poplu mill-kultura li għaġnitu u min ipprova jagħmel hekk ma rnexxilux. Aħna prodott tal-ambjent li trabbejna fih u għandna nħossuna fid-dmir biex il-wirt kulturali li ħadna minn missirijietna ngħadduh li dawk li se jiġu warajna. Meta jiikteb lil Timotju San Pawl iħħeġġu biex jaqdi sewwa l-ministeru afdat f’idejh u dan hu l-appell li nixtieq nagħmel lilkom membri aqdu sewwa l-ministeru afdat f’idejkom. Din hi l-missjoni tagħna, missjoni reliġjuża daqskemm hi kulturali. Ma nkunux tassew membri jekk il-missjoni tal-għaqda ma nagħmluhiex il-missjoni tagħna.

 

Illum f’din l-okkażjoni niftakar meta f’din l-istess knisja preċiżament 15-il sena ilu konna tellajna attivita simili u l-president ta’ dak iż-żmien George Gusman kien ippreżenta lill-Għaqda Bandalora li nistgħu ngħidu użajniha f’ diversi attivitajiet tal-Għaqda. Illum jien irrid nippreżenta standard lill-Għaqda, biex dan mhux biss ikun simbolu tal-Għaqda tagħna, imma jibqa’ tifkira ta’ dan il-ġublew tal-fidda li qed niċċċelebraw. Ippermettuli nagħlaq dawn l-erba’ kelmiet billi nirringrazzja lil dawk li taw sehemhom biex din l-Akkademja setgħet issir. Nirringrazzja b’mod partikolari lil Madre Badessa u lis-sorijiet ta’ dan il-Venerabbli Monasteru, li ħallewna nagħmlu użu mill-knisja tagħhom, Nirringrazzja lis-Surmast Tony Pace, il-mużiċisti, il-Kor Sine Macula u s-solisti partikolarment lill-Baritonu Alfred Camilleri membru tal-Għaqda li offra s-servizz tiegħu gratis. Ringrazzjament lis-sur Charles Coleiro li għoġbu jippreżenta din is-serata.Nirringrazzja lill-membri tal-kumitat b’mod partikolari s-segretarju li kkoordina u rsista biex l-attivita tal-lejla tkun suċċess, nirringrazzja lilek Wisq Reverendu Direttur Spiritwali P. Michael Camilleri O.P. li għoġbok tippresiedi din l-Akkademja u lilkom membri u ħbieb li għoġobkom tattendu u bil-prezenza tagħkom urejtuna li tapprezzaw dak li nhejju għalikom. Fl-aħħarnett ippermettuli nawgura lill-Għaqda tagħna aktar snin ta’ ħidma u prosperita bit-tama li 25 sena oħra dawk li jiġu warajna, bħalna jkunu  jistgħu ifakkru ġublew ieħor li miż-żgħożija jkun wassal lill-għaqda fil-maturita tagħha.

 

Quddiesa  ghar-Ruh  il-Membri  Mejtin  bir-Rit  Tridentin  -  6  ta' Novembru, 2011

 

Nhar l-Erbgha 6 ta' Novembru 2011 giet organizzata Quddiesa ghal ruh il-membri mejtin tal-Ghaqda gewwa l-Knisja tal-Monasteru ta' Santa Katarina V.M. fil-Belt Valletta.  Interessanti illi din il-quddiesa kienet iccelebrata bir-Rit Tridentin hekk kif stabbilit mill-Knisja Kattolika Rumana mill-W.R. Dun Marc Andre Camilleri, membru tal-istess Ghaqda.

Laqgha  Generali  Annwali  -  30  t'Ottubru, 2011

 

Nhar il-Hadd 30 t'Ottubru 2011 inzammet il-Laqgha Generali Annwali tal-Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes.  Wara l-indirizz ta' merhba mill-President, is-Segretarju qara l-minuti tal-ahhar Laqgha Generali u r-Rapport Amministrattiv 2010 - 2011.  Ir-rendikont finanzjarju inghata mill-Ass. Kaxxier fl-assenza tal-kaxxier li kien jinsab indispost..  Wara, il-President V. Galea ghamel id-diskors tieghu u mbghad segwiettahdita interessanti mill-membru Joseph Psaila dwar kif wiehd ipoggi diversi oggetti fil-fliexken.