Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes

25 Sena Anniversarju 1986 - 2011

Jannar  2011

FTUH TAL-25 SENA ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-GHAQDA

MILIED FLIMKIEN

Il-Hadd 2 ta' Jannar, 2011 

Nhar il-Hadd 2 ta' Jannar 2011 saret l-attivita' Milied Flimkien ghall-membri kollha u l-familjari.  L-ewwel kellna quddiesa bil-priedka tat-tifel immexxija mill-W.Rev. Kan. Patri Michael Camilleri O.P., Kappillan tal-Ghaqda taghna fil-Knisja ta' Sant'Ursola fil-Belt Valletta.  Wara kulhadd kien mistieden ghal trattament fil-lokal tal-Ghaqda.  Il-President ghamel messagg tal-okkazjoni sabiex infethu ufficjalment il-festi tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Ghaqda.  Huwa irringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem taghhom tul is-snin sabiex illum wasalna s'hawn u awgura futur sabih mimli gid u prosperita'.  Fl-ahharnett il-membri Kevin Muscat u Emmanuel Muscat ipprezentaw rigali sabiex jigu uzati fil-lokal tal-Ghaqda taghna.

Jannar  2011

IKLA GHALL-MEMRBI GEWWA L-CANIFOR HOTEL

Il-Hadd 9 ta' Jannar, 2011 

Nhar il-Hadd 9 ta' Jannar 2011 giet organizzata ikla buffet ghall-membri u l-familjari gewwa l-Canifor Hotel tal-qawra.  L-attendenza kienet wahda tajba u dawk kollha li attendew hargu tassew sodisfatti.

 

 

Frar  2011

TAHDITA GHALL-MEMBRI MIS-SUR GUIDO LANFRANCO

Il-Hadd 6 ta' frar, 2011 

 

Nhar il-Hadd 6 ta' Frar 2011 giet organizzata tahdita ferm interessanti mis-Sur Guido Lanfranco dwar il-fratellanzi li nsibu f'pajjizna.  L-attendenza ghal din il-laqgha kienet wahda tajba hafna.  Wara sar diskors mill-president fejn elenka numru ta' punti dwar il-wirja annwali ta' din is-sena.

Mejju  2011

IKLA GHALL-MEMRBI GEWWA L-CANIFOR HOTEL

Il-Hadd 1 ta' Mejju, 2011 

 

Nhar il-Hadd 1 ta' Mejju 2011 giet organizzata ikla buffet ghall-membri u l-familjari gewwa l-Canifor Hotel tal-qawra.  L-attendenza kienet wahda tajba u dawk kollha li attendew hargu tassew sodisfatti.

 

 

 

Mejju  2011

 L-GHAQDA TIPPARTECIPA FIL-JUM NAZZJONALI TAZ-ZGHAZAGH GEWWA BAYSTREET

Il-Hadd 15 ta' Mejju, 2011 

 

 

Fl-okkazjoni tal-Jum Nazzjonali taz-Zghazagh organizzat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes kienet mistiedna ttella' esebizzjoni ta' xoghlijiet mahbuma bl-idejn gewwa Baystreet, San Giljan. 

Quddiesa Solenni ta' Radd il-Hajr  -  Il-Gimgha 3 ta' Gunju 2011

 

Nhar il-Gimgha 3 ta' Gunju 2011 inkitbet pagna ohra fl-istorja tal-Ghaqda taghna.  Ghall-okkazjoni tal-25 anniversarju giet organizzata Quddiesa Solenni ta' Radd il-hajr gewwa l-Knisja ta' Sant'Ursola fil-Belt Valletta.  Ippresieda l-E.T. Mons Isqof Adeodato Micallef OCD u kkoncelebraw flimkien mieghu il-Wisq Rev. Kan Patri Michael Camilleri OP, il-Wisq Rev. Gwardjan Patri Thomas Calleja OFM Conv u l-Wisq Rev. Dun Stefan Galea.  

Wara l-quddiesa saret cerimonja fil-lokal tal-Ghaqda fejn il-President ghamel diskors tal-okkazjoni u wara l-E.T. Mons Isqof Micallef bierek irhama kommemorattiva fis-sala ewlenija tal-lokal.  Din l-irhama inhademt mill-membru Abraham Bellia.  Gie mzanzan ukoll il-progett tal-altar tal-istess lokal mahdum mill-membri tal-Ghaqda fuq disinn tal-membru Renzo Gauci.  Wara inghata riceviment lill-membri u l-familjari prezenti.

 

 

Diskors mill-Presidnt Vincent Galea

Infaħħar lil Mulej tul ħajti kollha

Ngħanni lil ismu għax hu sabiħ.

Meta sena ilu sħabi l-membri tal-kumitat fakkruni li wasalna biex nagħlqu l-25 sena mit-twaqqif tal-Għaqda, dlonk indunajt kemm jiġri ż-żmien u kif  il-Providenza kienet magħna għal matul dan iż-żmien kollu. Meta ħamsa u għoxrin sena ilu twaqqfet l-għaqda jien kont wieħed mill-ewwel membri u min jaf kemm mort il-Furjana biex flimkien ma’Pawlu Piscopo nistampaw l-ewwel edizzjonijiet tal-Fuljett Il-Knisja Tiegħi. Ħmuistax-il sena ilu mbagħad meta ċċelebrajna għeluq l-10 snin tal-għaqda konna qed naħsbu biex niftħu dan il-lokal li minnu llum qed noperaw. Illum mill-lokal ilna naħdmu  erbatax-il sena u għall-grazzja t’Alla qdiena tajjeb biex stajna nżommu l-laqgħat tagħna fih. Kemm irsistejna biex stajna niftħu l-lokal u kemm għamilna wiċċna biex waqt li ma nagħmlux spejjeż esaġerati li ma konniex nifilħu għalihom u fl-istess ħin il-lokal stajna ngħammruh b’ dak kollu neċessarju. Naturalment illum f’għeluq il-25 anniversarju, irrid nsellem lill-fundaturi li ġihom il-ħsieb li jwaqqfu l-għaqda tagħna. Kieku ma kinux huma forsi llum id-delizzju tagħna spiċċa għal kollox jew wasal biex. Rafel Micallef, Pawlu Piscopo u Tony Terribile, mhux biss għarfu l-bżonn li titwaqqaf għaqda, imma għarfu wkoll il-mument propizju meta dan kellu jsir.

Kull bidu huwa iebes, imma meta jkollok għan li trid tasal għalih, id-diffikultajiet tibdilhom fi sfidi li tibda tara kif tista’ tissupera bl-aħjar mod. L-iskop tal-għaqda li tingħata glorja ‘l Alla permezz tal-mudelli tal-knejjes mill-ewwel ta direzzjoni lill-għaqda għalfejn kellha taħdem u llum ninsab kuntent li qatt ma tbgħedna minn dan l-iskop qaddis, għax kif kien darba qal tajjeb San Ġorġ Preca, kull ma hu tajjeb, kulma hu qaddis, kollox iservi għas-salvazzjoni tal-erwieħ. Il-ġieħ tiegħi imur ukoll għall-ewlenin membri li sa mill-1986 għarfu jaħdmu fi ħdan l-għaqda. Ma rridx insemmihom b’isimhom għax żgur li ninsa lil xi ħadd, imma s-sehem kollettiv tagħhom żgur li napprezzawh ħafna.

Tajjeb li nirrikonoxxu wkoll il-ħidma tal-presidenti kollha ta’ qabli, ħidma li xprunat lill-kumitat biex mal-medda taż-żmien jagħti bidu għal diversi inizjattivi li llum ilkoll naraw li ħallew il-frott. Fil-bidu tat-twaqqif tal-Għaqda Guido Lanfranco poġġa sisien sodi biex l-għaqda tistabilixxi ruħha bħala waħda mill-għaqdiet l-aktar prominenti fil-qasam tal-passatempi. Kemm irsista u ppermettuli ngħid, għadu  jirrsisti Rafel Micallef, dak il-bniedem li l-missjoni tal-għaqda għamilha l-vokazzjoni tiegħu. M’hemmx ġurnal jew rivista li fihom Rafel ma kitibx xi artiklu dwar l-għaqda tagħna. Kien il-bniedem li sa minn kmieni għaraf l-importanza tal-mezzi tal-komnikazzjoni biex twassal il-messaġġ tiegħek. Tony Terribile ta lil għaqda dik id-dinamika li tista’ taħdem f’diversi oqsma tal-folklor reliġjuż. George Gusman kien il-president li nistgħu ngħidu rabat ismu ma’dan il-lokal u li dejjem ra kif l-għaqda setgħet topera ferm aħjar meta jkollha darha.

Tassew minn dawn il-predeċessuri tgħallimt ħafna, u ta’ dan nirrigrazzjahom lkoll għax illum nistqarr li kienu huma li żergħu u kabbru fija s-sens ta’ħidma kolleġjali. Jien fl-għaqda nista’ ngħid qattajt iż-żogħżija tiegħi u nista’ ngħid ħdimt ma’ dawk kollha li f’xi żmien servew fil-kumitat. Lil dawn ukoll nixtieq nirringrazzjahom, għax kollha, min ftit u min ħafna lkoll ikontribwixxew b’risq l-apprezzament tal-folklor reliġjuż. Permezz ta’ din l-irħama kommemorattiva irridu nagħtu ġieħ lil kulmin ta sehmu f’dawn is-snin. Ħidma kollettiva minn ħafna nies li wasslet biex illum id-delizzju tagħna inxtered ma’Malta kollha. 

 

 

Ritratti - Neil Zammit u Robert Cassar